Aħbarijiet

CA sites

By September 6, 2017 No Comments
CA sites

L-iskart domestiku u l-iskart goff: kif u fejn tarmih

 

F’dan l-istaġun bosta nies jibdew inaddfu u jirrinovaw l-ġonna, l-btieħi u d-djar tagħhom.Bosta qed jagħtuhom dehra ġdida b’lagħqa żebgħa u xi xogħolijiet żgħar.  Imma x’jiġri meta jitlestew ix-xogħlijiet u t-tindifa kbira li tkun għamilt tħallilek munzell ta’ skart li mhux postha fil-boroż tar-riċiklaġġ jew fil-Bring-In Sites?

 

Waqt li l-Bring-In Sites jipprovdu faċilità biex tiddisponi mill-karti, il-ħġieġ u l-plastikl-iskart li ġej minn xogħlijiet li jsiru fid-djar, mediċini skaduti u oġġetti elettroniċi li jkunu spiċċaw,  dawn irid imorru f’xi wieħed mis-sitt Ċentri għall-Iskart Goff li hawn f’Malta u f’Għawdex. Iċ-Ċentri għall-Iskart Goff essenzjalment jipprovdu post biex ikunu mormija l-iskart goff mid-djar, l-iskart domestiku li jkun ta’ periklu u materjal riċiklabbli b’mod responsabbli. Appliances, oġġetti elettroniċi, skart minn attivitajiet DIY, skart mill-ġonna, ħwejjeġ, żjut u skart perikoluż mid-djar bħal solvents, tubi tan-neon u żebgħa, dawn kollha jistgħu jittieħdu hemm b’xejn biex ikunu trattati b’mod tajjeb. B’dan il-mod skart li m’għandux jispiċċa fil-miżbla kkontrollata ikun dirett band’oħra u miġbur għall-esportazzjoni u riċiklaġġ.

Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistka, l-użu taċ-Ċentri għall-Iskart Goff tela bi 11% fl-2015 li jikkonferma mingħajr l-ebda dubju li l-pubbliku diġà qed juża dawn is-servizzi. Interessanti li wieħed jinnota li l-aktar oġġetti li jsibu rwieħhom f’dawn is-siti huma l-white goods u l-elettroniċi.

 

Għal-lista estensiva ta’ x’inhu aċċettat f’dawn iċ-Ċentri għall-Iskart Goff, il-ħinijiet tal-ftuħ tagħhom u informazzjoni bżonjuża oħra, idħol fis-sit www.dontwastewaste.gov.mt. Agħti sehmek!

Halli Risposta