This post is also available in: English

M’intix ċert/a kif tissepara l-iskart? 
Exact matches only
Search in title
Search in content
Search in posts
Search in pages
Filter by Categories
Aħbarijiet

Il-Vjaġġ Tagħna

Il-kampanja “Taħlix l-Iskart” tnediet f’April 2016 u hija inizjattiva tal-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima, b’kollaborazzjoni mal-Wasteserv u bl-appoġġ tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi. Il-Wasteserv hi responsabbli mill-organizzazzjoni, l-immaniġġjar u l-operat tas-sistemi tal-immaniġġjar tal-iskart. Twettaq il-missjoni ewlenija tagħha li toħloq ir-riżorsi mill-iskart.
L-għan ta’ din il-kampanja hu li jiżdied l-għarfien tal-pubbliku dwar l-importanza tal-immaniġġjar tal-iskart b’tali mod li l-pubbliku jsir aktar konxju u jtejjeb l-imġiba tiegħu f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġerarkija tal-iskart. Il-kampanja timxi id f’id mal-implimentazzjoni tal-Pjan tal-Immaniġġjar tal-Iskart għall-Gżejjer Maltin (2014-2020), li bih qed nimmiraw li nilħqu l-miri tagħna sal-2020 f’dan is-settur. Imma aħna ma nistgħux nilħqu dawn il-miri waħedna. Għalhekk taħlix l-iskart, agħti sehmek!

wasteserv malta

Il-Ġerarkija tal-Iskart

Il-Ġerarkija tal-Iskart hija l-bażi ta’ kif għandu jkun ipproċessat l-iskart billi jintgħażlu l-proċessi tal-immaniġġjar tal-iskart li jkunu l-inqas ta’ dannu għall-ambjent. Il-prevenzjoni tingħata l-ogħla prijorità għax meta ma jinħoloqx skart jonqos l-ammont li jkun irid jinġabar u jiġi pproċessat. Meta jkun jidher li spiċċa l-użu ta’ xi oġġett, il-prijorità għandha ddur fuq jekk l-oġġett ikunx jista’ jerġa’ jintuża minnek jew minn ħaddieħor; meta jiġi ġġenerat l-iskart ara li tisseparah sew ħalli, kemm jista’ jkun, jiġi rriċiklat. Ir-rimi għandu jkun l-aħħar għażla għax hu l-inqas wieħed ta’ benefiċċju għall-ambjent.

reduce, reuse, recycle, recover, dispose