This post is also available in: English

Mhux ċert kif torganizza? 
Generic selectors
Exact matches only
Search in title
Search in content
Search in posts
Search in pages
Filter by Categories
Aħbarijiet

Pariri għal meta tmur tagħmel ix-xirja

Aktar faċli milli taħseb!

Office Waste Management - Reduce, Reuse, Recycle

Kif tnaqqas l-ippakkeġġjar

Agħżel prodotti li jkunu ppakkjati fil-ħġieġ, fil-metall jew fil-kartun iżda mhux fil-plastik

Ixtri prodotti li ma jkunx fihom ħafna ppakkjar u li jistgħu jiġu riċiklati

Ixtri frott u ħaxix li ma jkunx ġie ppakkjat minn qabel

Tixtrix oġġetti li huma ppakkjati individwali imma ixtri in bulk. Tiffranka l-flus u tgħin biex tnaqqas l-iskart

Kif tnaqqas l-iskart li ġej mill-ikel

Qabel ma tmur tixtri ara x’diġà għandek id-dar, biex b’hekk ma tixtrix ikel żejjed li maż-żmien jispiċċa jintrema

Ippjana sewwa l-ikel għall-ġimgħa li jmiss u ixtri biss dawk l-affarijiet li se jkollok bżonn u li se tuża

Għamel lista ħalli ma tinsiex!

Kif terġa’ tuża l-prodotti

Ixtri oġġetti magħmula minn materjal riċiklat u użahom aktar minn darba

Għandek xi parir interessanti x’taqsam ma’ ħaddieħor?

Halli Risposta