This post is also available in: English

M’intix ċert/ċerta kif tissepara l-iskart? 
Exact matches only
Search in title
Search in content
Search in posts
Search in pages
Filter by Categories
Aħbarijiet

Issepara l-iskart tiegħek

grey/green recycling bags

Il-Borża l-Ħadra/Griża

Parir: Evita l-irwejjaħ billi tlaħlaħ jew tomsaħ l-oġġett qabel ma titfah fil-borża.

glass recycling

Il-Ħġieġ

F’bosta lokalitajiet il-ħġieġ jinġabar darba fix-xahar, inkella jista’ jittieħed fi Bring-In Site jew f’Ċentru għall-Iskart Goff

black garbage bag

Il-Borża s-Sewda

Parir: Żomm l-oġġetti riċiklabbli barra mill-borża s-sewda.

white garbage bag

Il-Borża l-Bajda

S’issa titħaddem biss f’Birkirkara, Bormla, Ħal Għaxaq, l-Imdina, Ħal Kirkop, Marsaskala, l-Imġarr, is-Swieqi, Ta’ Xbiex u Għawdex.

hazardous waste disposal

Ċentru għall-Iskart Goff

Oġġetti bħal mediċini, batteriji, bozoz, apparat elettroniku, oġġetti goffi tal-polystyrene/jablo, bottijiet tal-isprej, żebgħa, kolla, u termometri tal-merkurju.

Skart Goff

F’bosta lokalitajiet hemm is-servizz b’xejn tal-ġbir tal-iskart goff mid-djar. L-iskart goff jista’ jittieħed ukoll f’wieħed miċ-Ċentri għall-Iskart Goff

waste management - recycling malta

Bring-In Sites

L-iskart riċiklabbli tista’ tisseparah ukoll f’4 kategoriji: Plastik, Karta, Ħġieġ u Metall. Dawn il-bring-in sites jinsabu f’kull lokalità.

Għandek negozju jew organizzazzjoni kbira?

Ara x’inhuma l-proċeduri billi tniżżel il-linji gwida għal aktar tagħrif